Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se jkun qed jikkummenta biss wara li jintemmu l-investigazzjonijiet. “Nittama li fis-sigħat li ġejjin,” saħaq Muscat.
Huwa qal dan lill-ġurnalisti dalgħodu waqt li kien dieħel fil-Berġa ta’ Kastilja.
Bħalissa qed tikber il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat biex jirriżenja u dan wara li l-eks Chief of Staff tiegħu, Keith Schembri, qed ikun mitkellem mill-Pulizija, fosthom b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Madanakollu, dalgħodu, il-MaltaToday irrapportat li sa issa, mit-telefonati interċetatti bejn Yorgen Fenech u Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju, isem Keith Schembri ma jinstemax.
Schembri lbieraħ ingħata l-ħelsien mill-arrest, iżda reġa’ ntalab jirritorna fid-Depot dalgħodu għal aktar mistoqsijiet.