Attività madwar il-Qorti ... Jasal l-Avukat ta’ Melvin Theuma

Theuma mistenni jixhed għada, iżda jista' jagħti l-każ li llum se jixhed fil-magħluq quddiem l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne

Diversi ġurnalisti u fotografi nġabru wara l-binja tal-Qorti hekk kif qed tkompli tikber l-istennija dwar jekk hux se jitressaq xi ħadd akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Sa issa, dan is-sit, ma għandu l-ebda informazzjoni li se jkun qiegħed jitressaq xi ħadd il-Qorti b'rabta ma' dan il-każ li heżżeż pajjiż.

Madanakollu, jista' jikkonferma li fil-Qorti hemm il-Maġistrat Neville Camilleri u anke Matthew Brincat, l-Avukat ta' Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju fil-każ tal-qtil ta' Caruana Galizia u li ngħata l-maħfra Presidenzjali.

Theuma mistenni jibda jixhed minn għada fil-każ tal-qtil, iżda jista' jagħti l-każ li llum se jkun qiegħed jixhed fil-magħluq quddiem l-inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista, fis-16 ta' Ottubru tal-2017.

Komplu segwu aktar dettalji fuq is-sit illum.com.mt.

Aqra wkoll:

More in Politika