Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fl-aħħar sentejn, isem Keith Schembri qatt ma ssemma fl-investigazzjoni, almenu waqt laqgħat li saru miegħu.
Muscat qal dan ma’ The Times of Malta huwa u dieħel Kastilja dalgħodu fejn insita li ma kellu l-ebda idea li kien għaddej komplott biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.
Mistoqsi jekk għadux f’kuntatt mal-eks Chief of Staff, li qed ikun implikat minn Yorgen Fenech, Muscat ma weġibx.
Huwa saħaq li għandu l-fiduċja kollha fl-investigaturi u fakkar f’dak li qalet id-delegazzjoni tal-Parlametn Ewropew wara l-laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija, jiġifieri li l-Pulizija qed tagħmel xogħlha.
Aqra wkoll:
'Keith ġie għandi, qalli x'għandi ngħid lill-pulizija u wissewni biex noqgħod attent ...'