F'messaġġ qasir imma b'saħħtu l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u Chairman Eżekuttiv ta' ONE productions Jason Micallef sostna illi Keith Schembri għandu jitkeċċa 'minnufih'.
Fil-messaġġ huwa qal li l-Partit Laburista huwa akbar minn kull individwu "hu min hu, hi min hi. B’effett immedjat, il-PL għandu jkeċċi lil Keith Schembri minn membru tal-Partit Laburista u jaghmel dikjarazzjoni pubblika mingħajr aktar dewmien."
Micallef temm jgħid li storikament, Il-Partit Laburista hu "bil-wisq glorjuż biex jibqa “ċass” quddiem deċiżjoni li kien imissha ilha li ttieħdet."