Nippubblikaw sondaġġ li sar fost il-membri tal-PL... Fearne ikaxkar b'aktar minn 70%

Id-distretti tan-nofsinhar tal-pajjiż, speċjalment it-tieni, it-tielet u r-raba' distrett b'saħħa kbira wara Fearne  - L-ewwel distrett u d-distretti Nazzjonalisti b'aktar appoġġ għal Abela - Id-distretti tat-tramuntana, inkluż Għawdex, wara Fearne ukoll

Chris Fearne ma' attivisti tiegħu, fl-2017
Chris Fearne ma' attivisti tiegħu, fl-2017

Il-gazzetta ILLUM tista’ tiżvela sondaġġ intern li sar fost il-membri tal-Partit Laburista u li juri illi l-Ministru Chris Fearne huwa l-għażla ta’ 70.05% tal-membri tal-partit, filwaqt li Abela ta’ 29.95% tal-membri.

Dan is-sondaġġ sar fost 601 membru u juri fiċ-ċar illi Fearne huwa l-favorit fost l-etajiet kollha għalkemm jisboq sew lil Abela fost dawk li għandhom 55 sena jew aktar.

Mistoqsijin lil min jippreferu bħala Mexxej...Laburista
Mistoqsijin lil min jippreferu bħala Mexxej...Laburista

Minn dawn is-601, 421 qalu li jippreferu lil Fearne filwaqt li 180 qalu li jippreferu lil Abela, bħala mexxej Laburista.

Fuq bażi ta’ distretti l-appoġġ lejn Abela huwa insinifikanti fid-distretti numru tnejn, u allura l-Kottonera, tlieta u allura dak li jinkludi ż-Żejtun, ir-raba’ u allura dak lin jinkludi Raħal Ġdid (Fearne huwa kandidat fit-tielet u r-raba’ distretti) u fil-ħames distrett, li jinkludi Birżebbuġa u ż-Żurrieq.

F’Għawdex ukoll l-appoġġ lejn Abela huwa żgħir ħafna.

Iktar minn 60% tal-membri tar-raba’ distrett jippreferu lil Fearne li huwa l-akbar appoġġ lejn wieħed mill-kandidati fid-distretti kollha.

L-unika żewġ distretti fejn Abela jaqbeż sew lil Fearne, u jersaq mal-40% tal-appoġġ huwa fis-sitt distrett li jinkludi Ħal Qormi, u allura d-distrett ta’ Abela u l-ewwel distrett, li jinkludi l-Belt Valletta.

L-appoġġ skont id-distretti...ċifri ħżiena għal Abela fin-nofsinhar ta' Malta
L-appoġġ skont id-distretti...ċifri ħżiena għal Abela fin-nofsinhar ta' Malta

Fearne b'appoġġ akbar fost l-irġiel, Abela b'appoġġ aktar bilanċjat

L-attivisti ta' Fearne huma fil-maġġoranza tagħhom irġiel hekk kif minn dawk li wieġbu illi jippreferu lil Fearne 57% huma irġiel u l-bqija, 43% nisa.

Dawk li jagħtu appoġġ lil Ablela huma iktar bilanċjati b'53% ta' dawk li qed jappoġġjawh ikunu irġiel u l-bqija nisa. 

'L-ebda sondaġġ mhu qed isir mill-partit, b'mod uffiċjali'

Intant sorsi mit-tmexxija tal-Partit Laburista ċċaraw ma' dan is-sit li uffiċjalment, il-Partit mhu qed jorganizza ebda sondaġġi u li mhux qed jagħti ebda permess bies isiru mill-parrtit. Il-President tal-PL Daniel Josè Micallef fil-fatt ilbieraħ għamel referenza għal diversi telefonati li qed isiru lill-membri u sostna li mhux qed isiru telefonati miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Minkejja dan il-veraċità u l-eżistenza tas-sondaġġ mhux tkunu ikkontestati.  

 

More in Politika