Il-Kardinal Prospero Grech, it-tieni Kardinal Malti fl-istorja u wieħed mit-22 Kardinal li ħatar il-Papa Benedittu XVI fi Frar 2012, miet illum fl-età ta' 94 sena.
L-ewwel Kardinal Malti kien Fabrizio Sceberras Testaferrata u inħatar 168 sena ilu.
Il-mewt ta' Grech tħabbret mill-Istituto Patristico Augostinianum f'Ruma.
Intant il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta' Prospero Grech y għadda l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari u għeżież tal-Kardinal Prospero Grech.
Anke l-Partit Laburista sellem il-memorja ta' Grech u fi stqarrija qal li dan se jibqa’ magħruf "għall-għerf tiegħu u l-isem li għamel għalih u għal pajjiżna. Kellu sehem ukoll favur il-paċi fis-snin iebsa tad-dnub il-mejjet."
Il-PL temm jgħid li żgur li se jħalli vojt għall-komunita’ li kien jaħdem fiha u dawk li jafuh.