Iridu jkunu Prim Ministru. Imma xi jridu jwettqu Fearne u Abela?
Nhar it-13 ta’ Jannar il-pajjiż se jkollu Prim Ministru ġdid. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa qasira lejn il-proposti ta’ Chris Fearne kif ukoll ta’ Robert Abela fuq diversi punti...
9 ta' Jannar 2020 08:35
minn Albert Gauci Cunningham
minn Albert Gauci Cunningham
Naturalment il-Mexxej Laburista l-ġdid se jkun iġġudikat, mhux biss bil-fatt illi rebaħ imma wkoll bil-proposti li se jkun qed iressaq.
L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proposti tal-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista u tal-pajjiż
Governanza u s-Saltna tad-Dritt
- Tingħeleb il-kriżi politika li Malta tinsab fiha billi jinfetaħ djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej u l-media barranija biex intejbu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
- Titneħħa s-sistema taċ-Chief of Staff mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex l-istess uffiċċju ma jkollux żewġ ċentri ta’ poter.
- Il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-Ġudikanti jiġu appuntati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Parlament.
- Issir konferenza fuq il-Governanza u s-Saltna tad-Dritt flimkien mal-NGOs, is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni.
- Jingħataw aktar riżorsi lill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali biex nassiguraw li l-investigazzjonijiet jiġu konklużi iżjed malajr.
Inkomplu s-Suċċessi
- Tkompli ssir ħidma fuq il-progress u s-suċċess ekonomiku li wettaqna bħala Partit fil-Gvern. Dan għandu jsir b’sens ta’ meritokrazija, trasparenza u ugwaljanza fl-għoti ta’ kuntratti.
- Il-Kumitat għar-Riforma Kostituzzjonali jibqa’ jitmexxa mill-President ta’ Malta.
Ambjent
- Aktar importanza lill-ambjent. Malajr kemm jista’ jkun, irid ikollna trasport pubbliku mingħajr ħlas għal kulħadd, u pjanijiet oħra biex intejbu l-infrastruttura.
- Id f’id mal-Kunsilli Lokali iridu jinħolqu spazji miftuħa madwar Malta u Għawdex, b’aktar pjazez ħodor u ġonna.
Ir-Ruħ Soċjali tagħna
- Proposta ta’ ħlas ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali.
- Ħidma biex ikuj eradikat il-faqar darba għal dejjem permezz ta’ iktar miżuri soċjali b’saħħithom bħal ’energy benefit’ awtomatiku lil dawk l-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena mingħajr il-bżonn ta’ means test u żieda fic-Childrens Allowance, bl-ikbar żieda, li tlaħħaq il-€100, tingħata lill-familji li jaqilgħu l-inqas dħul.
- Jerġgħu jinfetħu l-bordijiet tal-inġustizzji għall-appelli u każijiet ġodda.
Immigrazzjoni u ħaddiema barranin
- Malta ma tistax tibqa’ waħedha fuq l-immigrazzjoni. Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea japplikaw il-liġijiet rispettivi u b’hekk ikollna aktar ‘burden sharing’.
Housing
- Indirizzata l-problema tal-housing li bosta Maltin qed jaffaċċjaw, fosthom żgħażagħ li għandhom aktar minn 25 sena.
- Tisħiħ tal-iskema għall-persuni b’diżabilità, biex jgħixu fi propjetà li hija adegwata għalihom u li tgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti.
- Tisħiħ tal-iskema tal-Equity Sharing.
Trasport
- Titjib fl-infrastruttura biex tlaħħaq mat-tkabbir tal-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex.
- Jitkompla l-proċess biex nattwaw il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex.
- Titjieb is-sigurtà fit-toroq tagħna f’Malta u f’Għawdex.
- Malajr kemm jista’ jkun, ikun hawn trasport pubbliku mingħajr ħlas għal kulħadd.
- Parkeġġ b’xejn f’ Mater Dei.
Postna fl-Ewropa
- Ma’ kull opportunità li niddefendu isem pajjiżna.
Kwalità tal-Ħajja
- Titjieb il-kwalità tal-ħajja, billi isir iffukar aktar fuq edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll sports, u bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.
- Jiżdied iċ-Childrens’ Allowance għall-familji b’nefqa ta’ madwar 2.5 miljun ewro.
Partit Laburista
- Jiġi msaħħaħ il-Partit Laburista u naraw li jkun involut fit-tqegħid ta’ policy.
- titwaqqaf struttura fi ħdan il-Partit li tkun qed tirregolarizza l-kuntatt tal-MPs mal-membri tal-Partit.
- Fl-istess waqt tinżamm id-distinzjoni bejn Partit u Gvern.
Housing
- Sidien ta’ djar mhux okkupati jew dilapidati se jkunu mistiednin mill-Gvern biex ibiegħu dawn id-djar ghall-prezzijiet tas-suq.
- Il-mira hi li jinxtraw 4,000 dar. Id-djar li huma l-iktar mġarrfin se jingħataw iktar preferenza. L-ispiża prevista ta’ dan il-proġett hu €260 miljun u se jinfirxu matul erba’ snin. Dan ifisser li se jiswa €65 miljun kull sena.
Xogħol
- L-impjegati se jingħataw permessi ġodda, jew se jiġġeddulhom il-kuntratti biss jekk iħallsu l-impjegati tagħhom paga kumparabbli ma’ pagi f’dak is-settur.
- Se jingħataw permessi wkoll jekk l-impjegati jitħallsu miċ-ċekk jew permezz ta’ trasferiment bankarju dirett. Jekk ma jagħmlux dan, se jkunu skwalifikati mill-possibilità li jimpjegaw nies barranin.
- L-impjegati se jitwaqqfu milli jieħdu permessi ġodda jew jkollhom il-permessi mġeddin jekk ma jobdux ir-regoli tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema .
- skont il-liġi jew jekk jimpjegaw nies barranin mingħajr il-permessi neċessarji.
- Nies li jaħdmu l-istess xogħol fl-istess kumpanija għandom jitħallsu l-istess.
Anzjani
- Il-Mediċini jitħallsu mill-Gvern ghall-penzjonanti, din il-proposta ħa tiswa madwar €40 miljun
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....
More in Politika