L-eks Deputat Nazzjonalista u Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija deher ħiereġ minn Kastilja dalgħodu f'jum ta' laqgħat li qed jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela, biex jibni l-Kabinett tiegħu.
Mistoqsi mill-ġurnalisti x'kien qed jagħmel Kastilja hu qal li mhux se joqgħod jiddiskuti x'ingħad mal-PM għalkemm indika li hu se jibqa' jżomm l-istess kariga li għandu llum.
Intant bħalissa għaddejjin laqgħat u komunikazzjoni bejn Abela u Chris Fearne li deher dieħel u ħiereġ minn Kastilja darbtejn.