Neville Gafa, li kien spiċċa f'kontroversji kbar minħabba mawriet il-Libja li qatt ma kienu spjegati sew u li kien jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, irriżenja fil-ħinijiet li għaddew.
Dan is-sit jista' jiżvela li Gafa' rriżenja mill-kariga tiegħu f'Kastilja u mhux mistenni jibqa' f'kariga fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew jingħata impjieg mal-Gvern.
Gafa kien iffaċċja diversi akkużi ta' tixħim fuq visas mediċi ta' pazjenti Libjani. Hu dejjem baqa' jiċħad dawn l-akkużi u żamm postu f'Kastilja.
Gafa kien wieħed minn nies li apertament kienu qed jappoġġjaw lil Robert Abela u jikkritikaw, anke jekk sottilment, lil Chris Fearne.
Din ir-riżenja tiġi inqas minn 24 siegħa mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru.
Ara hawnhekk laqgħat li Abela kellu ma' Fearne u l-preżenza ta' Jeffrey Pullicino Orlando f'Kastilja.