Il-Partit Demokratiku (PD) rreaġixxa għall-istorja illi l-eks Ministru Konrad Mizzi mhux biss kien se jitpoġġa rappreżentant Malti fl-OSCE, kariga li issa kienet irtirata, imma li ħmistax wara li rriżenja minn Ministru, Konrad Mizzi ngħata kuntratt ta' konsulenza mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u li għalih kien se jieħu €6,700 fix-xahar.
Il-PD qal li din hija daqqa ta' ħarta f'wiċċ dawk kollha li jaħdmu u jgħixu skont ir-regoli.
"Minflok ingħata lill-investigaturi tal-Panama Papers, il-Gvern qed jibqa' jixtri s-silenzju ta' Mizzi," qal il-PD.
Fl-istqarrija l-PD sostna li Abela għandu għażla: Jew jibqa' maġenb Mizzi jew inkella maġenb dawk kollha li josservaw il-liġi.
"Daqshekk logħob. Uri li int vera kommess għar-riforma billi tkeċċi lil Mizzi u tibda investigazzjoni b'biżżejjed riżorsa fil-kuntratti tal-Electrogas, l-isptarijiet li ngħataw lil Vitals Global Healthcare f'kuntratt mill-aktar kontroversjali u fil-Panama papers.