Fl-ewwel impenn tiegħu barra l-pajjiż, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen fi Brussell.
Waqt din il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi f’Malta b’rabta mal-governanza tajba u l-bidliet immedjati li saru f’pajjiżna.
L-immigrazzjoni kienet tema oħra fuq l-aġenda fejn kien hemm il-qbil dwar il-prinċipju li jinqasam il-piż bejn il-pajjiżi membri.
Wara, il-Prim Ministru ltaqa' wkoll mal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli.
Ilbieraħ kellu wkoll diversi laqgħat inkluż mal-President tal-Parlament Ewropew u l-Ewroparlamentari kollha Maltin, inkluż dawk Nazzjonalisti.