Aġġornata | Sa Marzu li ġej il-PN se jaddotta l-istatut il-ġdid
Wara jiskatta l-proċess tal-elezzjonijiet interni, fosthom dawk tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
More in Politika
Wara jiskatta l-proċess tal-elezzjonijiet interni, fosthom dawk tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
Sal-aħħar ta’ Marzu li ġej il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jaddotta l-istatut hekk kif jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ riforma li mexxa l-eks Ministru Louis Galea fuq talba tal-Partit Nazzjonalista.
Dan ħabbru l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li saret illum u li ddiskutiet it-tibdil li għandu jsir fl-istruttura u fl-organizzazzjoni tal-Partit
Il-Kumitat Eżekuttiv qabel li bejn il-21 ta Frar u l-5 ta' Marzu jibdew isir laqgħat ta' assemblej bis-sehem tal-Kunsillieri tal-partit fejn matulhom isiru diskussjonijiet dwar l-abbozz tal-istatut il-ġdid li qed jipproponi Galea.
B’hekk, sa Marzu li ġej, il-PN jaddotta l-istatut waqt il-Kunsill Ġenerali u wara jiskatta l-proċess tal-elezzjonijiet interni, fosthom dawk tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
Fl-istess laqgħa, Louis Galea għamel preżentazzjoni dettaljata bil-linji gwida lill-membri tal-Eżekuttiv bħala familjarizzazzjoni mal-ideat tar-riforma, li għandhom iwasslu għall-abbozz finali tal-istatut.
L-istqarrija kkonfermat ukoll dak li żvela lbieraħ s-sit illum.com.mt, jiġifieri li Ċensu Galea ġie approvat bħala l-President tal-Kunsill Ġenerali.
Fis-26 ta’ Jannar li għadda, il-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif waħda mill-bidliet li qed jipproponi Galea hija fl-isem tal-Partit Nazzjonalista biex jibda jissejjaħ: ‘Partit Nazzjonali tal-Poplu.’