Ronald Vassallo ġie maħtur bħala Direttur tal-Komunikazzjoni ġdid tal-Partit Laburista.
Vassallo għandu 23 sena u huwa kwalifikat b’Masters fil-Politika, Liġi u Ekonomija Ewropea.
Huwa se jkun qed jokkupa din il-kariga wara li fl-aħħar sena u nofs serva bħala Koordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista rringrazzja lil Aleander Balzan għall-ħidma tiegħu fil-kariga ta’ Direttur tal-Komunikazzjoni fl-aħħar snin.
"Il-Partit Laburista huwa xhieda ta’ tiġdid kontinwu u ta’ kontinwazzjoni ta’ bidla ġenerazzjonali fi ħdanu," temmet tgħid l-istqarrija.