'Il-bejgħ buy-to-let naqas drastikament' - Aġenti tal-proprjetá

Aġenti tal-proprjetá jdoqqu l-qanpiena tat-twissija dwar is-suq tal-kirjiet privati

Aġenti tal-proprjetá maġġuri qalu illi huma mħassbin b'mod serju ħafna dwar dak illi sejħu bħala l-effett tal-liġi tal-kera li daħlet fis-seħħ aktar kmieni din is-sena.  Fil-fatt jidher li l-bejgħ buy-to-let naqas b'mod drastiku u hemm "riskju reali li proprjetajiet li kienu għall-kiri issa jinbiegħu."

"Id-durata tal-kirjiet u n-nuqqas ta' libertá fil-kuntratti qed toħloq probblemi serji fis-suq, kemm għas-sidien u anke għall-inkwilini," qalet stqrrija ffirmata minn Douglas Salt. 

Huwa qal illi dan qed iwassal biex is-sidien ikunu ħafna aktar attenti u selettivi meta jiġu biex jiffirmaw kuntratt.

"Il-liġi mhux se ssolvi kwistjonijiet li suppost hija ddiżinjata biex issolvi u ħolqot aktar problemi.''

L-istqarrija ttemm tgħid li l-aġenti se jqajmu dawn il-problemi mal-Malta Devolpers' Association.

 

More in Politika