Aġġornata | Arrestati wkoll il-kuntratturi tal-proġett biswit id-dar tal-familja Pace
L-għadd ta' dawk arrestati issa tela' għal sitta
More in Politika
L-għadd ta' dawk arrestati issa tela' għal sitta
Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest sitt persuni b’rabta mal-inċident li seħħ ilbieraħ u li ħalla lil Miriam Pace mejta wara li ntradmet taħt dik li kienet id-dar tagħha, biswit sit ta’ kostruzzjoni.
Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat li dawk arrestati huma s-Site Technical Officer, il-Perit tal-proġett u żewġ ħaddiema. Aktar tard waranofsinhar, ġew arrestati wkoll żewġ kuntratturi li tqabbdu mill-iżviluppaturi.
Is-sitt persuni qed jiġu mitkellma mill-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun.
Id-dar ta’ Pace ġġarfet fi ftit sekondi, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart tal-bieraħ waranofsinhar, bil-ġisem bla ħajja ta’ Miriam jinstab għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.
Il-ġisem bla ħajja ta’ Miriam ttella’ minn qalb it-tifrik u ttieħed minnufih il-Kamra Mortwarja ta’ Mater Dei.
Intant, għadda għaddejja l-inkjesta Maġisterjali dwar dan l-inċident.
Aqra wkoll: