Jipprotestaw kontra 'r-rgħiba u r-renju tal-kuntratturi'

Folla ta' nies jipprotestaw wara l-mewt ta' Miriam Pace 

Ritratt ta' James Bianchi
Ritratt ta' James Bianchi

Moviment Graffitti llum niżlu jipprotestaw fil-Ħamrun fuq dik li qalu illi hija 'r-renju tal-kuntratturi' fid-dawl tal-qtil ta' Miriam Pace wara li d-dar tagħha ġġarrfet.  Dan kien ir-raba' każ simili fl-aħħar sena, imma l-ewwel wieħed fatali.

Graffitti qed tgħid li r-residenti qed jinżammu ostaġġi tal-iżviluppaturi li skonthom "iħossuhom 'il fuq mil-liġi."

Pace mietet meta d-dar tagħha kkolassat nhar it-Tnejn li għaddew hekk kif ħdejn id-dar kienu għaddejjin xogħlijiet ta' skavar. 

Ritratt ta' James Bianchi
Ritratt ta' James Bianchi
Ritratt ta' James Bianchi
Ritratt ta' James Bianchi

Il-Moviment Graffitti qal illi s-sitwazzjoni f'Malta saret insostenibbli.  "Ir-residenti u ċ-ċittadini qed jinżammu ostaġġi ta' grupp ta' żviluppaturi li jikkunsidraw illi huma 'l fuq mil-liġi u li għandhom kontroll totali fuq il-politika u l-politiċi u l-awtoritajiet li jamministraw il-kostruzzjoni."

Il-Moviment akkuża lil-lobby tal-kostruzzjoni illi kontinwament qed jindaħal fir-riformi fis-settur u akkużatu illi għalih il-valur huwa l-profitt fuq id-diċenza. 

Qalet illi n-nuqqas ta' infurzar, liġijiet mhux adegwati, attitudni ħażina fl-ippjanar, nuqqas ta' sigurtà f'siti ta' kostruzzjoni u l-ibbuljar arroganti tal-iżviluppaturi kienu riżultat ta' "snin fuq snin ta' donazzjonijiet u pressjoni fuq il-politiċi." 

Sostnew illi din l-aħħar fatalità hija riżultat dirett ta' din is-sitwazzjoni.  Il-Moviment semma wkoll l-avviż legali li sar minn Robert Musumeci  u qal li kienu dawn l-ambitu ta' diversi inċidenti li saru matul din is-sena. 

"Kif għidna diversi drabi, inċidenti bħal dawn seħħew għax ir-riforma ma solviet bl-ebda mod il-problemi fis-sistema."

Ritratt ta' James Bianchi
Ritratt ta' James Bianchi

 

More in Politika