Il-Eurovision f'Rotterdam, l-Olanda ġie kkanċellat ukoll. Dan ħareġ minn stqarrija mill-organizzaturi tal-istess Eurovision - Il-European Broadcasting Unit (EBU), li qalu illi minkejja tentattivi biex dawn is-serati mużikali tant mistennija jkomplu għaddejjin, l-inċertezza dwar il-Covid-19 u r-restrizzjonijiet fissru illi dan kellu jiġi ikkanċellat.
L-EBU ammetta li din kienet deċiżjoni diffiċli imma sostna li tiġi fl-interess tas-saħħa ta' dawk li kienu se jżuru, l-artisti, is-segwaċi u l-ħaddiema.
Malta kienet se tiġi rappreżentat minn Destiny Chikunyere, li rebħet l-X Factor ta' din is-sena. Fil-fatt id-diska ta' Destiny kienet diġa magħmula u lesta biex tibda l-vjaġġ tagħha fl-Olanda.