Miżuri Covid-19 | Sa tliet xhur posponiment fil-ħlas ta' self mill-banek

Il-Gvern se jkun jista' jagħmel dan permezz ta' €900 miljun f'garanziji

Waqt Konferenza tal-Aħbarijiet illejla f'Kastilja, mal-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar illi pemrezz ta' garanziji li dieħel għalihom il-Gvern se jkun possibbli li l-banek jipposponu s-self għal sa tliet xhur. 

Sciciuna qal li xi banek diġà qed jagħmlu dan. Dawn il-flus se joħroġu minn €900 miljun f'garanziji li se joħroġ f'pakkett ta' inizjattivi li se jiswa' €1.8 biljun.

Huwa ma eskludiex li dawn il-garanziji jerġgħu jiġġeddu jekk ikun hemm bżonn wara li jgħaddu t-tliet xhur.

Ara aktar miżuri fuq is-sit illum.com.mt

 

 

More in Politika