Miżuri Covid-19 | 'Il-miżuri tal-Gvern iktar qajmu mistoqsijiet milli taw tweġibiet' - UĦM
'Il-Gvern m’għandux jaġixxi għal rasu' jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers
More in Politika
'Il-Gvern m’għandux jaġixxi għal rasu' jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers
B’reazzjoni għall-miżuri ta’ għajnuna mħabbra mill-Gvern b’risq il-ħaddiema u n-negozji nhar il-UĦM Voice of the Workers tisħaq li f’din il-kriżi nazzjonali ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bis-sorpriżi. "Din il-union, flimkien mal-imsieħba soċjali l-oħrajn, għandha tkun fuq il-mejda mal-Gvern u l-miżuri li għandhom jittieħdu jiġu mħabbra kollha flimkien."
Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr li din id-drawwa li l-imsieħba soċjali jridu jisimgħu x’ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet u jsiru jafu bil-miżuri dak il-ħin, m’għandhiex tibqa’ issir.
“Dan huwa l-mument fejn id-djalogu soċjali jrid jitħaddem fil-prattika...huwa l-mument fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni”, sostna Josef Vella filwaqt li żied li “l-Gvern m’għandux jaġixxi għal rasu, min iħaddem għal rasu u l-ħaddiema għal rashom”.
Vella żied li peress li din hija sitwazzjoni fluwida, fejn l-affarijiet qed jinbidlu minn ġurnata għal oħra, l-imsieħba soċjali wkoll iridu jirrispondu. Irridu naraw li l-miżuri li nkunu qed nieħdu jirriflettu s-sitwazzjoni attwali f’dik il-ġurnata fil-pajjiż. “Bil-miżuri li ħa l-Gvern, u
għaliex ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni, għandna iżjed mistoqsijiet milli tweġibiet”, qal Vella.
" Waħda mill-ħafna mistoqsijiet li l-UĦM irċeviet mingħand min iħaddem hi jekk humiex se jagħmlu capping tas-salarji tal-ħaddiema tagħhom mal-paga minima." Josef Vella qal li diġà għandna kriżi bil-Coronavirus u ma rridux li b’din il-kriżi noħolqu
iżjed kriżijiet "b’detriment għall-ħaddiem u l-familja tiegħu."