Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li kienu għaddejjin fi Triq il-Munxar Għawdex u li llum tlestiet b’investiment ta' €300,000. Triq il-Munxar tingħaqad ma’ għadd ta’ toroq oħra li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jiffinanzja bil-għan li jiġu rranġati u asfaltati
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li f’din it-triq ingħata madwar 3,000 metru kwadru ta’ asfalt, saru b’1,000 metru gutters u b’500 metru storm water culverts.
Preżenti wkoll għal din iż-żjara kien hemm is-Sindku tal-Munxar li rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri għall-interess tiegħu u l-għajnuna finanzjarja sabiex dan ix-xogħol infrastrutturali fil-Munxar seta’ jsir.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha li f’dan iż-żmien baqgħu għaddejjin bix-xogħlijiet infrastrutturali fit-toroq "sabiex inkunu nistgħu nassiguraw toroq adegwati u siguri kemm għall-Għawdxin kif ukoll għal kull min ladarba noħorġu minn din is-sitwazzjoni jżur il-gżira Għawdxija."