Is-swar taċ-Ċittadella jagħmlu kuraġġ lill-poplu Għawdxi

Il-projezzjoni qed issir kuljum, għal 15-il ġurnata, mit-8pm sa nofsillejl, fuq waħda mill-faċċati tas-swar maestużi taċ-Ċittadella

Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħa l-inizjattiva li jwassal messaġġ virtwali ta’ kuraġġ lill-poplu Malti u Għawdxi.

Fi stqarrija, id-Direttorat saħaq li l-poplu kollu, tul il-mixja tal-istorja tiegħu, qatt ma qata’ qalbu meta ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ mard u ma’ gwerer.

Għalhekk ried li jwassal dan il-messaġġ filwaqt li jħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu attenti u jsegwu l-istruzzjonijiet.

Il-projezzjoni qed issir kuljum, għal 15-il ġurnata, mit-8pm sa nofsillejl, fuq waħda mill-faċċati tas-swar maestużi taċ-Ċittadella.

More in Politika