Tmien każijiet ġodda ta' COVID-19; Ħamsa minnhom huma residenti fiċ-ċentru tal-immigranti f'Ħal Far
17-il persuna oħra fiequ għal kollox
More in Politika
17-il persuna oħra fiequ għal kollox
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, spjegat kif fl-aħħar 24 siegħa saru 1,072 test u minnhom tmienja rriżultaw pożittiv. Apparti dawn, fuq nota aktar pożittiva, fiequ 17-il pazjent ieħor.
B'hekk it-total tal-każi li kellha Malta sa issa huwa ta' 458 u b'kollox fiequ 303 persuna biex l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 151.
Mill-każi ġodda, tlieta biss kienu fil-komunità hekk kif ħames pazjenti huma residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far, liema ċentru jinsab taħt kwarantina. Il-pazjenti kollha għandhom inqas minn 30 sena.
Gauci fakkret li f'dan iċ-ċentru qed isiru testijiet fuq diversi residenti. B'kollox, f'dan iċ-ċentru, saru 505 test u minnhom 48 ħarġu pożittivi.
Il-każi l-oħra: