Il-Gvern u l-MDA jilħqu qbil dwar il-barrieri u l-iskart tal-kostruzzjoni

Is-sidien se jingħataw eżenzjoni ta’ taxxa li biha jiġu ntaxxati 5% biss bil-kundizzjoni li jilqgħu l-materjal bit-€12 kull tunellata.  

Il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)  waslu għal ftehim mal-MDA, li jirrappreżentaw il-maġġoranza ta’ dawn is-sidien, bil-ftehim ikun li s-sidien jingħataw eżenzjoni ta’ taxxa li biha jiġu ntaxxati 5% biss bil-kundizzjoni li jilqgħu l-materjal bit-€12 kull tunellata.  

Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM irrapportat kif fid-dawl tal-ordni biex jieqfu ix-xogħolijijiet fit-toroq il-Gvern kellu numru ta' għażliet.

L-intervent sar ukoll fid-dawl li s-suq ma ħadimx kif mistenni, b’konsegwenzi li l-barrieri li pajjiżna għandu ma kinux qed jilqgħu l-ammont kbir ta’ skart iġġenerat minn proġetti infrastrutturali tal-gvern u bil-prezz offrut, spjega l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia.

 

 

 

More in Politika