Fl-aħħar 24 siegħa, minn 1,006 test irriżulta biss każ wieħed biss pożittiv ta' Covid-19, filwaqt li kien hemm b'kollox tmien pesuni li fiequ minn dan il-virus.
Il-każ kien ta' raġel Spanjol li iżda kien id-dar jaħdem bit-teleworking.
B'kollox sa issa hemm biss sebgħa persuni li jinsabu l-isptar, b'persuna waħda biss fl-isptar Mater Dei.
Is-Supretendent ta-Saħħa Pubblika Chamaine Gauci sostniet illi s-sitwazzjoni f'pajjiżna hija waħda stabbli u għalhekk jeħtieġ li l-poplu jibqa' attent, anke għada li huwa Jum l-Omm. Hija tfakkar li anke l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li hemm bżonn ta' kawtela.
Qalet ukoll li bil-firxa tal-Covid-19 kif inhi bħalissa għadu mhux il-fażi biex jinfetħu xi titjiiet u allura l-ajruport