Il-Kummissarju Ewropew tal-Intern tappella biex jinfetħu l-fruntieri Ewropej mill-ġdid

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tadotta linji gwida għal bilanċ bejn qawmien mill-ġdid tal-ekonomija u prevenzjoni mit-tieni mewġa ta' Covid-19

Ylva Johansson
Ylva Johansson

Il-Kummissarju tal-intern fil-Kummissjoni Ewropea Ylva Johansson appellat lill-Unjoni Ewropea biex terġa tiftaħ il-fruntieri, filwaqt li qalet illi dan jista' jsir hekk kif bdew jidhru l-ewwel sinjali illi l-Covid-19 u r-rata li biha qed tinxtered fl-UE qed tonqos. 

"L-Istati Membri introduċew miżuri differenti b'mod mhux ikkoordinat u naturalment se jieħu ftit taż-żmien biex innaqqsu minn dawn il-miżuri, imma nemmen li se naslu," qalet Johansson.  Saħqet illi pajjiż Ewropew ma jistax jiftaħ il-fruntieri għal pajjiż tal-UE u mhux ieħor u li n-nazzjonalità, anke b'numri differenti ta' Covid-19 f'pajjiżi Ewropej differenti, m'għandhiex tiddetermina min jidħol f'pajjiż jew le. 

Johansson appellat biex il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija jidħlu fiż-żona Shengen kemm jista' jkun malajr sabiex din tkompli tissaħħaħ. 

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija taddotta pakkett ta' turiżmu, trasport u fruntieri li se jkollu wkoll linji gwida li jipprevjenu minn mewġa ta' infezzjonijiet filwaqt li jibdew iċaqalqu l-ekonomiji Ewropej. 

 

More in Politika