L-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu faħħret l-inċentivi tal-Gvern Malti għal għajnuna lil dawk in-negozji fi-qasam li l-aktar qed jintlaqat ħażin mill-pandemija Covid-19. F'ittra lill-Prim Ministru s-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu, l-UNWTO, Zurab Pololikashvili, faħħar lill-Gvern Malti għall-għajnuna mogħtija waqt din il-kriżi.
Il-Gvern Malti ħabbar inċentiva ta' Suppliment tal-paga illi permezz tagħha kull ħaddiem fit-turiżmu, fost setturi oħrajn, se jingħata suppliment ta' €800 - mingħajr ħlas tal-bolla.
L-istess ittra tfakkar li r-riperkussjonijiet fuq is-settur, konsegwenza tal-Covid-19, huma kbar ħafna bi tnaqqis fl-ammont ta’ turisti b’mod globali ta’ bejn 60% u 80%, li jfisser tnaqqis fid-dħul ta’ bejn $910 biljun u $1.2 triljun.
F'Marzu Malta wkoll bdiet tħoss l-effett tal-Covid-19 bi tnaqqis ta' 56% fin-numru ta' turisti li ġew pajjiżna u tnaqqis ta' kważi 63% fin-nefqa.