Fil-bulettin mediku ppubblikat kuljum dwar l-imxija tal-COVID-19, l-awtoritajiet tas-saħħa spjegaw kif ir-rata ta’ dawk pożittivi għall-virus minn meta feġġ l-ewwel każ f’Malta, kompliet tonqos.
L-awtoritajiet spjegaw kif fl-ewwel xahar wara li faqqa’ l-ewwel każ, jiġifieri fis-7 ta’ Marzu, 2.7% tat-testijiet irriżultaw f’każijiet pożittivi.
Bejn is-7 ta’ April u s-7 ta’ Mejju, jiġidieri t-tieni x-xahar, ir-rata niżlet għal 0.7%, filwaqt li bħalissa r-rata tinsab fil-livell ta’ 0.6% u dan meta bdew jiġu merħija l-miżuri restrittivi biex il-pajjiż ikun jista’ jibda t-triq għan-normalità
Sal-lum saru 63,087 test għall-virus, fost l-ogħla persentaġġi fl-Ewropa kollha.
“Din l-istrateġija tfisser li x-xjenza qed tappoġġja kull pass li jittieħed mill-awtoritajiet tas-saħħa, li jafu x’qed jagħmlu u jagħtu l-pariri xierqa bbażati fuq il-fatti u mhux fuq il-biża’,” saħqet l-istqarrija.