Anzjan ta' 97 huwa s-seba' vittma tal-COVID-19 f'Malta

Dan huwa t-tieni pazjent li kien rikoverat fl-isptar Karin Grech u li miet kawża tal-virus

Anzjan ta’ 97 sena huwa s-seba’ vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa. L-anzjan kien qed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech

Huwa kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta’ Mejju. 

Ir-raġel miet fl-Isptar Karin Grech, matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa biex nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

More in Politika