L-UE b'€1 biljun f'għajnuna għal Malta f'irkupru mill-Covid-19

L-UE b'għajnuna ta' biljun ewro mill-programm Next Generation EU

Malta mistennija tgawdi minn €1 biljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (UE) biex b'hekk l-ekonomija tirkupra mill-ġdid.  Sorsi mill-UE qalu illi dawn il-fondi se jitqassmu permezz ta' self u għotji u jkunu parti minn pakkett ta' €750 biljun li huma lilhinn mill-baġit diġa' eżistenti ta' €1.1 triljun

Il-proposti fil-pjan imsejjaħ Next Genration EU se jkun żvelat aktar tard din il-ġimgħa mill-Kummissarju Ewropew Ursula Von Der Leyen. 

Ir-rispons tal-UE għal din il-kriżi se tkun estiża sal-2027 u tikkonċentra fuq l-irkupru mill-ġdid, mibni fuq tliet pilastri ekonomiċi.  Dawn il-pilastri huma:  Għajnuna biex l-Istati Membri jirkupraw, għajununa biex l-ekonomija tieħu spinta u terġa tiġi fuq tagħha kif ukoll programmi ta' riċerka u innovazzjoni biex tilqa' għal sitwazzjonijiet simili fil-futur. 


 

 

More in Politika