L-awtoritajiet Maltin infurmati dwar 48 immigrant li għandhom bżonn l-għajnuna

B'kollox, abbord vapuri tal-Captain Morgan, bħalissa hemm abbord 350 immigrant li ġew salvati mill-awtoritajiet Maltin

Dalgħodu, l-NGO Alarm Phone kienet infurmata li abbord dgħajsa hemm 48 immigrant li għandhom bżonn l-għajnunua.

Skont l-NGO, dawn jinsabu fiż-żona ta' tiftix u salvataġġ ta' Malta u għalhekk l-awtoritajiet Maltin ġew infurmati.

Alarm Phone qalet li dawn telqu kollha mil-Libja u għandhom bżonn il-protezzjoni.

Dwar dan il-Gvern għadu ma kkummentax.

B'kollox, abbord vapuri tal-Captain Morgan, hemm 350 immigrant li ġew salvati mill-awtoritajiet Maltin, bil-Gvern jaċċetta biss li jdaħħal lit-tfal u lin-nisa.

Sa issa ma hemm l-ebda indikazzjoni sakemm se ddum din is-sitwazzjoni bil-Gvern jidher li se jżomm sod sakemm tinstab soluzzjoni Ewropea. Hemm immigranti li ilhom tliet ġimgħat abbord.

Malta għalqet il-portijiet tagħha fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19.

Aqra wkoll: Sidien ta' tliet kumpaniji rrabjati li tħallew barra minn xogħol mogħti lill-Captain Morgan

More in Politika