Qabel tidħol ix-xogħol għandha tibda titteħidlek it-temperatura

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard jippubblika linji gwida għal postiijet tax-xogħol

Hekk kif min-nhar il-Ġimgħa ħafna aktar ħaddiema se jkunu qed jirritornaw għax-xogħol, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ippubblika linji gwida ta' dak li wieħed għandu jistenna fuq il-postijiet tax-xogħol.

Fost oħrajn, qabel ħaddiem jidħol ix-xogħol, kuljum, għandha titteħidlu t-temperatura.

Il-linji l-gwida l-oħra huma dawn:

  • Il-ħaddiema għandhom jaħslu jdejhom ta' spiss bis-sapun jew b'sanitiser għal 20 sekonda
  • Jekk ma tiflaħx ibqa' d-dar
  • Żomm distanza ta' żewġ metri mill-kollegi l-oħra
  • Dejjem uża maskra jew visor fejn id-distanza soċjali mhijiex possibbli
  • Persuni li jaħdmu f'xiftijiet differenti ma għandhomx jitlaqqgħu
  • Il-ħinijiet tad-dħul, il-ħruġ u l-break għandhom ikunu mifruxa biex il-ħaddiema ma jidħlux jew joħorġu f'salt
  • Il-klijenti, kuntratturi jew persuni oħra fuq il-post tax-xogħol għandhom jilbsu maskra jew visor
  • Żjajar soċjali mhumiex permessibli

More in Politika