Il-PM Robert Abela, waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon ONE, qal li l-UE ħaslet idejha mill-każ tad-dgħajjes barra x-xtut Maltn. "L-UE tgħidilna li m'aħniex qed inġibu ruħna b'mod uman "u hi m'għamlet xejn."
Hu kien qed jirreaġixxi għall-fatt li lbieraħ - wara jum ta' protesti - ddaħħlu 400 immigrant li kienu fuq il-bastimenti tal-Captain Morgan.
Abela ammetta li d-deċiżjoni tal-bieraħ ma kinitx faċli imma kellha ssir hekk kif l-immigranti - kompla jispjega - daħlu fil-kċina tal-bastiment u saħansitra bdew jheddu li jisplodu tank tal-gass. Huwa qal li qalbu safja li ħa d-deċiżjoni t-tajba u ma seta' qatt ipoġġi l-ħajjiet tal-ekwipaġġ f'periklu. Dan apparti, li jfakkar illi dawn l-immigranti kienu ilhom 40 jum fuq dgħajsa relattivament żgħira, "anke fuq xi cruise lussuż' tiddejjaq. Aħseb u ara!"
Huwa ċaħad illi l-Gvern qed ikun artab u fakkar li hu tela' l-Libja fi żmien fejn, skontu, ħadd mhu qed imur, b'sogru ċar fuq ħajjtu.