'Għada aħjar' - Il-PM jħabbar it-tema tal-miżuri li se jitħabbru llejla

Hu mifhum li l-miżuri se jitħabbru llejla fis-7pm

Fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li t-tema għall-miżuri ekonomiċi li se jitħabbru llejla se tkun 'Għada Aħjar."

"Din hija l-għajta tal-pjan ta' riġenerazzjon iekonomika li l-Gvern se jħabbar aktar tard illum. Dan il-pjan multi-miljunarju se jagħti spinta lill-familji u nifs lin-negozji; ibbażat fuq il-fiduċja li għandna fil-poplu tagħna," insista l-Prim Ministru.

Insista li jinsab konvint li l-pajjiż se jkompli miexi bis-suċċess ekonomiku li gawda minnu fl-aħħar snin.

Hu mifhum li dan il-pjan se jkun qed jitħabbar illejla fis-7pm.

More in Politika