Miżuri Covid | €5 miljuni għall-promozzjoni ta' prodotti lokali

Il-Gvern iħabbar elenku ta' miżuri, fosthom għajnuna li dawk li jirriklamaw prodotti lokali

Il-Gvern illejla ħabbar illi se jkun qed jgħaddi €5 miljuni f'fond biex jiġu mgħejjuna dawk kollha li jixtiequ jirriklamaw prodotti lokali.  Din hija waħda minn elenku ta' miżuri li ġew imħabbra llejla, bil-għan illi tingħata spinta lill-ekonomija. 

Il-Gvern ħabbar ukoll illi se jiġu allokati €400,000 għal Trade Malta biex bihom ikun hemm promozzjoni diġitali, filwaqt illi se jingħata 80% rifużjoni lil dawk kollha li kienu laħqu ħallsu flus biex jipparteċipaw f'fieri. 

(Ara aktar detalji fuq is-sit illum.com.mt)

 

More in Politika