Waqt il-pandemija Delia rrifjuta akkomodazzjoni u minflok talab li tingħata lill-infermiera

Adrian Delia offrut akkomodazzjoni hekk kif ħareġ minn daru minħabba l-ġenituri ... hu ma jaċċettax u jitlob li tingħata lill-infermiera li kellhom jitilqu minn djarhom biex ikunu jistgħu jaħdmu

Dan is-sit jinsab infurmat illi l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia rrifjuta akkomodazzjoni ta' erba' kmamar tas-sodod mogħtija lilu minn ħbieb u minflok offra li joqgħodu fiha infermiera li kellhom jitilqu minn djarhom biex ikunu jistgħu jmorru x-xogħol. Diversi infermiera fil-fatt - kif irrapportat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda - iffaċċjaw sitwazzjoni fejn kellhom jikru proprjetà mingħand il-privat, xi ħaġa li naqqret mid-dħul tagħhom matul il-pandemija. 

Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista ikkonfermaw illi minkejja li kien offrut residenza, Delia m'aċċettax u talab li dan il-ġest isir mal-infermieri li kellhom bżonn fejn jgħixu. 

Delia qed iqatta' ħafna ħin u f'xi każi jibqa' wkoll id-Dar Ċentrali hekk kif telaq minn daru fejn hemm il-ġenituri tiegħu.  Ma' The Times fil-fatt huwa qal li l-għażla illi ma jibqax f'daru kienet marbuta mal-ġenituri tiegħu. 

Sorsi mill-MUMN ikkonfermaw illi Delia kien wieħed mill-ewwel persuni li għenu sabiex infermiera jkollhom saqaf fuq rashom mingħajr ħlas, sakemm il-pajjiż kien fl-agħar tal-pandemija - wara sejħa pubblika li għamlet hi.

More in Politika