Ħaddiema tal-Gvern li jaħdmu fuq il-bajjiet Għawdxin għamlu kuntatt mas-sit illum.com.mt irrabjati minħabba s-sitwazzjoni tagħhom. Wieħed mill-ħaddiema jispjega kif minħabba li dawn jistgħu jaħdmu biss 40 siegħa fil-ġimgħa qed jiddaħħlu xogħol il-Ħdud u l-festi, biex ikompli jsir ix-xogħol, iżda la qed jiffirmaw għal dan i-xogħol u lanqas qed jitħallsu għalih.
Mistoqsi minn dan is-sit xi spjegazzjoni qed jingħataw il-ħaddiema qalu illi l-awtoritajiet jafu b'din is-sitwazzjoni u filwaqt li qabel kienu jitħallsu jew inkella jingħataw ġranet frank tal-Ħdud u l-festi, dan issa twaqqaf.
Il-ħaddiema jgħidu li dan mhwiex ġust u li ilhom jappellaw biex din is-sitwazzjoni tinbidel u li huma jkollhom l-istess drittijiet u kundizzjonijiet li għandhom dawk li jaħdmu mal-latrini li jitħallsu, kemm ta' Ħdud kif ukoll ta' festi.
Huma spjegaw kif il-Ħdud iridu jidħlu xift li jibda mis-6:00 a.m u jispiċċa fis-1:00 pm nhar ta' Ħadd.