Kliem ta' tifħir u anke riżervi mill-Kummissjoni Venezja għall-proposti tal-Gvern

Il-gazzetta ILLUM tiżvela l-ewwel dettalji mir-rapport li l-Kummissjoni Venezja bagħtet lill-Gvern ...

Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi l-Kummissjoni Venezja għaddiet opinjoni varjata lill-Gvern dwar il-proposti tiegħu li jitrattaw il-governanza f'rapport li fih kemm tifħir imma wkoll tmaqdir. 

Minn dak li qalu sorsi lill-gazzetta ILLUM jidher illi l-Kummissjoni faħħret il-kunċetti leġiżlattivi wrara l-proprosti dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, dwar il-persons of trust, Segretarji Permanenti u l-mod kif se jkun maħtur il-Kummissarju tal-Pulizija.  Il-Kummissjoni ddeskriviet il-proposti relatati ma' dawn is-suġġetti bħasla "pass fid-direzzjoni t-tajba."  Il-Gvern kien diġa' rċieva dan ir-rapport meta mbagħad ħabbar li l-kandidat favorit tiegħu għal din il-kariga - kif kienet żvelat din il-gazzetta - huwa Angelò Gafa'.

Minkejja dan, il-proposti tal-Gvern qalgħu xi ftit tal-kritika wkoll hekk kif il-Kummissjoni Venezja esprimiet ir-riżervi tagħha dwar l-irwol tal-Avukat tal-Istat fil-Kumitat għall-Ħatra tal-Ġudikatura u fil-Kummissjoni għall-Amministrazjoni tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni qalet lill-Gvern Malti wkoll illi ma taqbilx li d-Deputati b'xi mod ikunu parteċipi fit-tneħħija ta' membri tal-ġudikatura. 

Finalment din il-gazzetta tinsab infurmata li l-Kummissjoni faħħret il-proposti tal-Gvern fil-qasam tal-ħatra u l-iddixxiplinar tal-Ġudikatura.

More in Politika