Raġel mimli demm daħal fl-Għassa ta’ Ħal Qormi lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9:00pm, jirrapporta dwar inċident li seħħ fir-residenza li fiha jgħix.
Ir-raġel, li għandu 45 sena u huwa mill-Ghana, iddaħħal Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija bdiet minnufih bl-investigazzjoni tagħha fejn irriżulta li r-raġel qala’ daqqiet ta’ sikkina f’residenza fi Triq il-Kanun.
Il-persuna l-oħra ġiet arrestata u qed tinżamm għal aktar stħarriġ.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali