Mit-30 ta' Ġunju se titneħħa r-restrizzjoni fuq il-ġemgħat fil-pubbliku
Malta tibqa' taħt emerġenza tas-saħħa pubblika sal-aħħar ta' Ġunju
More in Politika
Malta tibqa' taħt emerġenza tas-saħħa pubblika sal-aħħar ta' Ġunju
F'Avviż Legali maħruġ ilbieraħ mill-Ministeru għas-Saħħa flimkien mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ġie spjegat li mit-30 ta' Ġunju li ġej se titwaqqaf l-emerġenza tas-saħħa pubblika li ġiet iddikjarata minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
L-Avviż Legali jirrevoka wkoll l-aħħar rstrizzjonijiet li kien għad hemm fis-seħħ, b'effett mit-30 ta' Ġunju, fosthom il-limitu ta' 75 persuna miġbura fi grupp f'post pubbliku u anke r-restrizzjoni li permezz tagħha ma setgħux jiġu organizzati attivitajiet.
L-istess Avviż Legali jirrevoka wkoll l-ordni dwar l-għeluq tal-iskejjel u dan hekk kif mill-1 ta' Lulju se tirritorna wkoll Skola Sajf. Dakinhar jinfetaħ ukoll l-Ajruport għal diversi destinazzjonijiet.
Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ħabbar dan kollu l-Ħadd li għadda. Ilbieraħ il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne appella biex waqt attivitajiet jibqgħu jiġu rrispettati l-appelli dwar id-distanza soċjali.