Il-Unjin Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) ħabbret illi għada fl-10 a.m se torganizza prortesta quddiem Kastilja fuq l-ingaġġ minn Steward Healthcare ta' infermiera barranin L-MUMN se tkun qed titlob l-intervent tal-Prim Ministru fuq din il-materja hekk kif sostniet li dan qed isir għad-detriment ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta u l-familji tagħhom.
Mal-gazzetta ILLUM, l-MUMN diġa' appellat biex il-Gvern kemm jista' jkun malajr iħaddem infermiera li għaddew mill-proċess sħiħ biex jiġu impjegati mal-Gvern. L-MUMN qalet illi b'kollox hemm nuqqas ta' 550 infermier, 160 minnhom ħaddiema mill-UE li se jiddaħħlu u l-bqija ħaddiema minn pajjiżi terzi.
Il-Partit Nazzjonalista diġa' lmenta dwar il-fatt li Steward Healthcare - li tmexxi tliet sptarijiet, il-Ġenerali ta' Għawdex, San Luqa u l-Isptar Karin Grech - qed tħaddem infermiera barranin.