Kenneth Camilleri, l-eks Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li ma jixhidx fil-Qorti u dan minkejja li kien mistenni jixhed illum hekk kif intemmet ix-xhieda ta' Keith Schembri.
Meta ssejjaħ biex jixhed, Camilleri saħaq li kellu dritt jibqa' sieket u jagħżel li ma jixhidx hekk kif jista' jiffaċċja akkużi kriminali.
Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju fil-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia xehed diversi drabi kien iltaqa' ma' 'Kenneth minn Kastilja' dwar il-ħelsien mill-arrest tal-irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista.
Skont Melvin Theuma, dan Camilleri ltaqa' miegħu biex jgħaddi messaġġ li t-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li kellhom jieħdu miljun ewro kull wieħed wara li jingħataw il-ħelsien mill-arrest. Dan ma ngħatax u għalhekk flus ma għaddewx.
Aqra wkoll: