L-industrija tal-cruises fil-limbu bl-ebda vapuri f'Malta sa Awwissu

L-ebda vapuri dan ix-xahar, bis-sitwazzjoni tiċċara aktar lejn Awwissu 

Hekk kif l-industrija tat-turiżmu kollha intlaqtet ħażin - is-settur tal-cruises għadu fil-limbu hekk kif l-itinerarji għadhom qed jiġi preparati u s-sitwazzjoni ta' x'se jiġri se tkun iktar ċara f'Awwissu.  Dan ifisser li matul dan ix-xahar ta' Lulju mhux mistennija jiġu Malta vapuri bit-turisti. 

Żvela dan il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port Stephen Xuereb f'kummenti mal-gazzetta Business Today li qal illi minkejja li ninsabu f'Lulju għadu wisq kmieni biex ikun determinat kemm ġejjin vapuri u minn fejn.  Huwa qal illi l-industrija hija delikata u għandha bżonn tippjana fit-tul.

Din hija aħbar ħażina għan-negozji tal-Belt Valletta li bħalissa qed jirrappurtaw bejgħ baxx ħafna, 15% biss tal-bejgħ normali f'dan iż-żmien tas-sena. 

Sa issa l-bejgħ ta' dawn il-vjaġġi għadu ma bediex għalkemm mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin għal numru limitat ta' vjaġġi għal pajjiżi meqjusin siguri. 

More in Politika