Il-Kunsilliera se jiddeċiedu: Jew imorru għal vot ta' fiduċja f'Delia jew elezzjoni ta' Kap ġdid

Il-Partit Nazzjonalista se jlaqqa' l-Kunsill Ġenerali u hemmhekk Il-Kunsiliera jiddeċiedu - jew it-tesserati jivvutaw f'elezzjoni ġdida għal Kap Nazzjonalista jew jivvutaw f'vot ta' fiduċja f'Delia

Il-PN se jlaqqa' Konferenza Ġenerali illi fiha se jkun iddeterminat il-Kunsilliera tal-partit x'jaħsbu.  Jew  li t-tesserati jmorru għal vot ta' fiduċja jew inkella t-tesserati jerġgħu jivvutaw f'elezzjoni ġdida għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.  Dan jidher li huwa xi forma ta' kompromess bejn iż-żewġ  mozzjonijiet:  Dik ta' Delia li titlob illi l-Kunsill Ġenerali jiddeċidix li jmur għal vot ta' fiduċja fih u dik tar-ribelli dwar kif jekk Adrian Delia jkun sfiduċjat fil-Kunsill Ġenerali ssir  elezzjoni ġdida għal Kap Nazzjonalista. 

Iktar qabel l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħabbar li se  jimbotta proċess biex jmur għand in-nies - it-tesserati -  u jħalli lilhom jiddeċiedu dwar il-futur tiegħu.  

Id-Deputat Michael Asciak  - eks Deputat Nazzjonalista u eks Sindku ta' Birkirkara - ressaq mozzjoni biex il-Kunsill Ġenerali jisfiduċja lil Delia u minflok issir elezzjoni għal Kap Nazzjonalista ġdid.

Fost dawk li opponew bil-qawwi vot ta' fiduċja f'Delia u favur elezzjoni ġdida għal Kap Nazzjonalista hemm Chris Said, Karol Aquilina, Hermann Schiavone, Beppe Fenech Adami u Claudio Grech. 

Il-mozzjoni tar-ribelli tgħid hekk: 

MOZZJONI FIL-KUMITAT EŻEKUTTIV

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jirriżolvi li jlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f’sessjoni plenarja nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2020 mis-6.00 p.m. sat-8.00 p.m., nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2020 mid-9.00 a.m. sas-7.00 p.m. bħala l-jum tal-votazzjoni u nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulju 2020 mill-4.00 p.m. sad-9.00 p.m. bħala l-jum ta’ votazzjoni bikrija, esklussivament b’din l-aġenda:

MOZZJONI

Wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Eżekuttiv u mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li bihom esprimew li m’għandhomx fiduċja fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista u fil-Kap tal-Oppożizzjoni rispettivament, il-Kunsill Ġenerali issa jirriżolvi li Adrian Delia m’għadux igawdi l-fiduċja tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u jiddeċiedi li jibda l-proċess biex jiġi elett Kap tal-Partit Nazzjonalista mit-tesserati skont il-proċeduri li jipprovdi l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.

IVA (favur il-mozzjoni)
LE (kontra l-mozzjoni)

 

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

More in Politika