L-ispiżjara jingħaqdu mat-tobba u l-patoloġisti u jappellaw biex jitwaqqfu l-attivitajiet tal-massa

Il-Kamra tal-Ispiżjara insisiet li ħajja sanna u ekonomija b’saħħitha jistgħu jaħdmu biss flimkien u waħda ma tista’ qatt teskludi lill-oħra

Il-Kamra tal-Ispiżjara ngħaqdet mat-tobba u l-patoloġisti, fost oħrajn u ħeġġet lill-Prim Ministru, lill-Ministru għas-Saħħa u lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex jirrikonsidraw id-deċiżjoni li jitħallew isiru attivitajiet tas-saħħa, partikolarment fejn kważi kważi huwa impossibbli li tinforza d-distanza soċjali u l-użu tal-maskri jew il-visors.

Fi stqarrija, il-Kamra saħqet li ż-żieda fil-każi tal-COVID-19 fl-aħħar jiem huwa ta’ tħassib għaliha aktar u aktar wara li għamlet ħames xhur tappoġġja u taħdem mal-ispiżjara biex dawn jibqgħu fuq quddiem, fil-komunità, biex jipprovdu l-aqwa servizz lill-pazjenti u lil dawk l-aktar vulnerabbli.

Insistiet li wieħed ma jistax jgħid li l-COVID-19 għadda u dan jista’ jingħad biss wara li kulħadd ikollu aċċess sigur u effettiv ta’ vaċċin.

Appellat biex wieħed jimxi max-xjenza u fakkret li ħajja sanna u ekonomija b’saħħitha jistgħu jaħdmu biss flimkien u waħda ma tista’ qatt teskludi lill-oħra.

Aqra wkoll:

More in Politika