L-94 immigrant li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swabbed test għall-Covid19. S’issa, huma disponibbli r-riżultati tat-testijiet li saru fuq 85 immigrant. 65 minn dawn il-85 immigrant ittestjaw pożittiv.
Kien il-Gvern li ħabbar dan, li qal ukoll illi bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina għal 14-il jum u jiġu ttestjati.
L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament fil-Ħal Far Initial Reception Centre u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.
Ir-riżultati tal-iswab tests pendenti fuq il-bqija tad-9 immigranti se joħorġu aktar tard illejla.
Dan ifisser li n-numru ta' każi attivi f'pajjiżna f'temp ta' ġurnata tela' għal 99 - Il-65 persuna li ġew Malta u l-34 każ attiv lokali jew impurtati li kien hawn sal-lum. Dalgħodu tħabbar illi fl-aħħar 24 siegħa kien hawn seba' każi ġodda.