L-MUMN f'diskussjonijiet ma' Fearne; Tissospendi d-direttivi

Fi stqarrija, l-MUMN saħqet li llum kellha diversi diskussjonijiet mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne

Il-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel issospendiet id-direttivi li kienet ħarġet għall-membri tagħha u li kellhom jidħlu fis-seħħ min-nhar it-Tnejn.

Fi stqarrija, l-MUMN saħqet li llum kellha diversi diskussjonijiet mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar is-sitwazzjoni preżenti wara l-aħħar żieda fil-każi ta' COVID-19.

Qalet li ntlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet u għalhekk ġew sospiżi d-direttivi sal-5 ta' Awwissu. Laqgħa oħra se ssir il-ġimgħa d-dieħla biex ikun iffinalizzat dan il-ftehim li d-dettalji dwaru ma ngħatawx.

 

More in Politika