Tlett irġiel arrestati b'rabta ma' traffikar tad-droga f'żewġ operazzjonijiet separati

Il-Pulizija jwaqqfu vettura fil-Fgura, fiha żgħażagħ jbiegħu l-kokaina u kannabis ... waqt din it-tfittxija tarresta żewġ żgħażagħ oħra b'rabta ma' traffikar ta' kannabis

Ftit mid-droga li nstabet mill-pulizija
Ftit mid-droga li nstabet mill-pulizija

Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat tlett irġiel, f’żewġ operazzjonijiet separati, b’rabta ma’ traffikar ta’ droga.

Kienu għall-ħabta tat-8:30 p.m, x’ħin il-Pulizija waqqfu vettura fil-Fgura, wara li kienet ilha sseggwiha, b’informazzjoni li s-sewwieq kien fil-pussess ta’ droga, allegatament biex tiġi traffikata. Malli ċċirkondawha, il-Pulizija arrestat lis-sewwieq, raġel ta’ 24 sena residenti Marsaxlokk.

Minn tfittxija fil-vettura nstabu aktar minn 20 qartas b’sustanzi allegatament kokaina u kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti. Dwar dan il-każ, il-Pulizija se tressaq il-Qorti lil dan ir-raġel ta’ 24 sena quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Intant, waqt li kienet qiegħda ssir din it-tfittxija, il-Pulizija nnutaw li fl-istess triq, kien hemm vettura, b’żewġt irġiel fiha li dehru qegħdin jaġixxu b’mod suspettuż. Għaldaqstant avviċinawhom, u wara li saret tfittxija fil-vettura u fuqhom instabu diversi pakketti, allegatament droga cannabis. Iż-żewġt irġiel, wieħed ta’ 19-il sena u l-ieħor ta’ 21 sena, ġew arrestati u qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana.

Aktar investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Politika