Il-każi l-ġodda huma kollha lokali
Fl-aħħar 24 siegħa Malta rreġistrat 20 każ ġdid ta' Covid-19, b'erbgħa mill-pazjenti l-ġodda huma tfal.
Apparti t-tfal, tmien pazjenti oħra huma mill-cluster ta' Paceville u sitta huma kuntatt ta' pazjenti li rriżultaw fil-pożittiv fl-aħħar jiem.
Intant, żewġ pazjenti fiequ biex issa l-għadd tal-każi attivi f'Malta huwa ta' 267.
B'kollox, ilbieraħ, saru 1,769 test.