L-Ewroparlamentari Roberta Metsola ddikjarat fuq Facebook li mhux se tkun qed tikkonesta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Metsola kkonfermat li għaddejin diskussjonijiet biex ikun hemm biss kandidat wieħed li jisfida lil Delia f'din l-elezzjoni kruċjali għall-futur tal-Partit Nazzjonalista.
"Biex dan il-proċess ikun mill-aqsar possibli għandu jkun hemm sa żewġ kandidati. B’dan il-mod it-tesserati jkollhom għażla ċara. B’aktar minn tnejn ikompli joħroġ aktar demm, issir aktar ħsara u l-ġrieħi jikbru. Dan la jkun ta’ ġid għall-Partit u lanqas għall-pajjiż," insistiet Metsola.
Kompliet tgħid li waslet għal din id-deċiżjoni wara diskussjonijiet li saru bejn il-kandidati li kienu esprimew ruħhom li kienu qed jikkonsidraw li jikkontestaw għat-tmexxija.
"Inħoss li jkun aktar għaqli u prudenti li ma nkunx fuq il-lista preżenti. Dan għall-akbar ġid tal-Partit biex l-elezzjoni interna tasal fi tmiemha kemm jista’ jkun malajr. Għalija s-sens ta’ tmexxija jfisser ukoll li tagħmel l-għażliet li jkunu meħtieġa anki meta dawn ikunu diffiċli u wasalt għad-deċiżjoni diffiċli li din id-darba ma nkunx kandidata għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista," insistiet Metsola