Laqgħa tal-MCESD hekk kif il-każi tal-Covid-19 jerġgħu jerfgħu rashom fl-aħħar ġimagħtejn

L-Imsieħba Soċjali jiltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela biex jiddiskutu l-Coronavirus u miżuri ta' mitigazzjoni

Il-PM jitkellem waqt il-laqgħa tal-MCESD
Il-PM jitkellem waqt il-laqgħa tal-MCESD

Bħalissa għaddejja laqgħa tal-imsieħba soċjali li qed titratta s-sitwazzjoni tal-Covid-19 fil-pajjiż bħalissa, bl-aħħar aġġornamenti jkunu ta' 20 każ ġdid lokali llum - fosthom erbat itfal. 

Il-Gvern ilu għal dawn l-aħħar ġimagħtejn jiffaċċja presjoni qawwija mill-pubbliku u minn diversi imsieħba soċjali biex jieħu miżuri u jilqa' għal dik li tidher illi tista' tkun it-tieni mewġa ta' Coronavirus f'pajjiżna.  Minkejja din iż-żieda fin-numri - minħabba li ħafna mill-każi kienu qed ikunu żgħażagħ - sa issa ftit huma dawk li kellhom jiddaħħlu l-isptar.  Sa dalgħodu iżda dar tal-anzjani kellha tingħalaq għall-viżitaturi minħabba każ ta' anzjan residenti ta' 80 sena li rriżulta fil-pożittiv. 

Hu u dieħel għal-laqgħa l-President tal-MUMN Paul Pace sostna illi llum qed inħallsu l-prezz tal-fatt li "ħsibna illi l-battalja kontra l-Covid-19 intrebħet" u sostna li jekk in-numri jibqgħu telgħin kif inhuma, il-lockdown xorta jkollu jsir anke jekk ma jkunx sejħu l-PM.  L-MUMN sejħet għal azzjonijiet industrijali minn għada l-Ġimgħa bl-Assoċjazzjoni Medika Maltija tibda l-azzjonijiet mil-lum stess

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-laqgħa tal-MCESD
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-laqgħa tal-MCESD
Martin Balzan (MAM) waqt il-laqgħa
Martin Balzan (MAM) waqt il-laqgħa

More in Politika